Il-partitarja Russa li ġibdet l-għajn waqt it-Tazza tad-Dinja rriżulta li hi involuta fl-industrija tal-pornografija

    Hekk kif il-kompetizzjoni tat-Tazza tad-dinja irnexxielha ssaħħar warajha persuni minn madwar id-dinja kollha, il-kurżitajiet marbutin mal-imsemmija kompetizzjoni ma naqsux.

    Wara r-ritratt ta’ Pele li qajjem nostalġija kbira fost id-dilettanti tal-futbol b’mod speċjali partitarji tal-Brażil, sa mill-ewwel logħba ta’ din il-kompetizzjoni bosta kienu dawk li ddeskrivew waħda mill-partitarji Russi bħala waħda mill-isbaħ li dehru s’issa waqt id-diversi xandiriet diretti. 

    Dan hekk kif il-kameras mhux l-ewwel darba li spiċċaw jiffukaw fuq Natalya Nemchinova, tfajla bjonda ta’ 28 sena li sa mill-ewwel logħba kontra l-Għarabja Sawdija dehret ixejjer il-bandiera Russa.

    Diversi siti barranin ma naqsux milli jistħarrġu dwar il-ħajja privata tagħha u hekk kif ġiet identifikata b’isimha, dawn ma damux biex żvelaw il-ħajja privata tagħha. Skont l-istess rapporti rriżulta li t-tfajla kkontribwiet f’ritratti u filmati pornografiċi lura fl-2016.

    Din mhix l-ewwel darba li Nemchinova ġibdet l-attenzjoni ta’ tant telespettaturi, tant li bosta rreferew għal ritratti li juru lill-istess mudella lura fl-2016 dehret tagħti s-sapport tagħha lit-tim Russu hekk kif dakinhar ġie megħlub mit-tim Franċiż bl-iskor ta’ 3-0.