Koppja Ukrena jiġbdu filmati sesswali ma' binthom u jbigħuhom onlajn … Arrestati wara investigazzjonijiet fl-Awstralja u l-Ukrajna

    Koppja Ukrena allegatament ġibdu filmat tagħhom infushom jagħmlu atti sesswali ma’ binthom ta’ erba’ snin biex eventwalment biegħu l-filmat pornografiku fl-Awstralja għal $70.

    Ir-raġel, ta’ 29 sena, u l-mara, ta’ 30 sena, li aktarx huma kuġini, allegatament ġibdu l-filmat fl-Ukrajna. Huma abbużaw lil binthom ripetutament b’dan il-mod sa minn mindu kellha sentejn.

    Filmati li ġew ippubblikati mill-Pulizija juru lill-koppja jiġu arrestati, filwaqt li kkonfiskaw diversi filmati pornografiċi, ritratti u oġġetti li jintużaw għal skopijiet sesswali. Jidher li kienet il-Pulizija Awstraljana li informat lill-kollegi Ukreni li min-naħa tagħhom wara li investigaw il-filmat arrestaw lill-koppja li isimhom baqa’ ma xxandarx.

    Il-koppja kienet qed tbigħ il-filmati pornografiċi fl-Awstralja u l-Ażja u kienet qed titħallas bi flus diġitali.