EuroBridge Shipping Services Ltd b'uffiċini ġodda f’Ħal Qormi

    Nhar il-Ħamis 31 ta Mejju, il-kumpanija EuroBridge Shipping Services Ltd organizzat riċeviment biex tikkomemora il-ftuħ tal-uffiċini ġodda tagħha f’Ħal Qormi. L-Eċċellenza tagħha l-President Marie Louise Coleiro Preca onorat lid-diriġenti u l-impjegati tal-kumpanija bil-preżenza tagħha fejn irċeviet donazzjoni f’isem il-Community Chest Fund mingħand id-Direttur Maniġerjali David Abela. 

    Waqt ir-riċeviment, attendew ukoll il-Whip tal-Gvern l-Onorevoli Dr Byron Camilleri, ix-Shadow Minister għall-Finanzi l-Onorevoli Dr Mario De Marco u s-Sindku ta’ Ħal Qormi Jesmond Aquilina.  Fuq kollox, kien hemm ukoll Bjorn Formosa tal-ALS Malta fejn ukoll ingħata donazzjoni min-naħa tad-Diriġenti tal-Kumpanija u ġie mwiegħed appoġġ loġistiku lill-għaqda tieghu mill-Kumpanija.

    EuroBridge illum tħaddem 18-il persuna u fost ohrajn tippossjedi 30 trailer u fil-futur qarib biħsiebha tagħmel investimenti kbar fejn tidħol teknoloġija u loġistika.