Il-Kapsula Merill… bl-ewwel inżul tagħha llejla fil-Mellieħa

    Kull min għadda biswit il-pjazza tas-Santwarju fil-Mellieħa matul dawn il-jumejn, seta jinnota installazzjoni mhux tas-soltu li attirat l-għajn ta’ bosta. Installazzjoni mekkanika u mdawla maħduma kollha kemm hi lokalment fuq stil Victorian Punk Art.

    Numru ta’ oġġetti mill-imġħoddi, li l-ġenerazzjonijiet tal-lum tista’ tgħid lanqas biss jiftakruhom, ġew użati biex tkun magħmula din il-biċċa arti fuq bażi ta’ karozza Triumph. Din l-installazzjoni mhi xejn għajr parti minn attività bl-isem ta’ Magna Żmien…ġabra ta’ memorji mill-passat għal ġenerazzjoni futura, waqt serata speċjali organizzata b’kollaborazzjoni ma’ Solar Cinema, il-Kunsill Lokali tal-Mellieħa u l-Fondazzjoni Valletta 2018.

    Għadd ta’ filmati, rekordings ta’ mużika u ritratti li jmorru lura sal-1930, inġabru kollha flimkien u se jkunu qegħdin jintwerew fuq screens kbar waqt l-istess serata. Memorji li bla dubju ta’ xejn se jnisslu nostalġija lil dawk imdaħħla fiż-żmien, waqt li l-ġenerazzjoni żagħżugħa tkun tista’ tapprezza aktar it-tbatijiet u l-isfidi li għaddew minnhom dawk ta’ qabilna sakemm wasalna għall-era diġitali.

    Magna żmien mhux se tkun qiegħdaddur biss fil-Mellieħa iżda matul ix-xhur li ġejjin se tkun qiegħdażżur bosta lokalitajiet. Jakkumpanjawha se jkun hemm il-Banda ta’ Memorji Meraviljużi li se tkun qiegħdaddoqq mużika minsija li tmur lura sal-1930 waqt li Armchair Voyager Wistin se jkun qed ilissen dan ir-rakkont.

    Għalhekk, kull min għandu għal qalbu l-istorja tal-imgħoddi, u jixtieq iġedded diversi memorji għandu jżur il-Pjaza tas-Santwarju fil-Mellieħa għall-ispettaklu li jibda fit-8pm. Magna Żmien... memorji minsija…nostalġija.