Premier League Ingliż: Manchester City jibdew id-difiża tagħhom għand Arsenal

    Meta aktar kmieni llum ittellgħu l-poloz tal-Premier League Ingliż 2018/19, iċ-champions Manchester City se jibdew id-difiża b’partita ferm diffiċli għand Arsenal.

    Min-naħa tal-Gunners, il-kowċ il-ġdid tagħhom, Unai Emery, ikun qed jagħmel id-debutt tiegħu fil-kampjonat Ingliż hekk kif inħatar fil-post ta’ Arsene Wenger wara 22 sena servizz.

    Manchester United, li spiċċaw fit-tieni post fl-istaġun li għadda, jospitaw lil Liecester City filwaqt li Tottenham Hotspur, li temmew fit-tielet pożizzjoni, imorru jilagħbu għand Newcastle United.

    Liverpool jilqgħu lil West Ham United filwaqt li Chelsea jilagħbu barra minn darhom għand Huddersfield.

    Rigward it-tliet timijiet promossi, ir-rebbieħa taċ-Championship, Wolves, jilqgħu lil Everton filwaqt li Fulham jilagħbu f’darhom kontra Crystal Palace u Cardiff City imorru għand Bournemouth.

    Il-fixtures tal-ewwel ġurnata, 12 ta’ Awwissu, huma:

    Arsenal v Manchester City

    Bournemouth v Cardiff City

    Fulham v Crystal Palace

    Huddersfield Town v Chelsea

    Liverpool v West Ham United

    Manchester United v Leicester City

    Newcastle United v Tottenham Hotspur

    Southampton v Burnley

    Watford v Brighton

    Wolverhampton Wanderers v Everton