Eurostat: 2.9% tal-popolazzjoni Maltija jgħixu f’sitwazzjonijiet ta’ dar wisq żgħira għalihom

    Statistika tal-Eurostat qed turi li fl-2016, 68.4% tal-popolazzjoni Maltija qed tgħix f’residenzi li huwa meqjusin ikbar milli meħtieġ għalihom, b’numru ta’ kmamar aktar milli meħtieġ għad-daqs tal-familja. Dan filwaqt li l-medja Ewropea hija ta’ 34.8%.

    Fl-istess waqt huma 2.9% tal-popolazzjoni Maltija li jgħixu f’sitwazzjonijiet ta’ ffullar. Dan jikkuntrasta bil-kbir mas-sitwazzjoni fis-Serbja (55.5%), il-Maċedonja (50.1%), u r-Rumanija 58.4%). Il-medja għall-popolazzjoni Ewropea li hija meqjusa li tgħix f’sitwazzjoni ta’ ffullar hija ta’ 16.6%.

    Fl-2016 aktar minn żewġ terzi tal-popolazzjonijiet fl-Irlanda (70.6%), Ċipru (69.6%), Malta (68.4%) u l-Belġju (67%) kienu meqjusin li qed jgħixu f’residenzi akbar milli meħtieġ għad-daqs tal-familja.