ARA: Il-Pulizija tinvestiga t-tiġrija biż-żwiemel fil-bypass tal-Imrieħel

    Inewsmalta tinsab informata li l-Pulizija qed tinvestiga l-każ ta' filmat ta' tiġrijiet biż-żwiemel fil-bypass tal-Imrieħel. Il-filmat li ttella' fuq il-midja soċjali f'dawn l-aħħar jiem qanqal bosta reazzjonijiet, b'bosta jisħqu dwar is-sitwazzjoni perikoluża li din it-tiġrija ħolqot għas-sewwieqa l-oħrajn.

    Fil-filmat iż-żewġ ġerrejja taż-żwiemel jidhru jimblokkaw iż-żewġ karreġġjati lill-bqija tas-sewwieqa.