Waterpolo: Premier: Faċli għal Sliema

    Ritratt: Dominic Borg

    Kampjonat Premier

    Sirens............................. 5

    Sliema........................... 12

    (1-3, 1-4, 1-3, 2-2)

    Sliema xejn ma tħabtu biex għelbu lil Sirens bl-iskor ta’ 12-5.

    Sliema ħarġu tajjeb biex rebħu l-ewwel sessjoni 3-1 bil-goals jaslu minn Nicholas Bugelli, Michael Spiteri Staines u t-Taljan Christian Presciutti minn penalty. Sirens wieġbu permezz ta’ Marc Grech.

    Fit-tieni sessjoni, is-Slimiżi komplew jixxalaw biex daħlu jistrieħu bl-iskor ta’ 7-2, bl-erba’ goals tagħhom jiġu skorjati minn minn doppjetta kull wieħed ta’ Nicholas Bugelli u Jerome Gabaretta. Edward Aquilina skorja l-uniku goal għal Sirens.

    Sliema komplew jiddominaw fit-tielet sessjoni u bħall-ewwel waħda rebħuha 3-1, bl-iskorers ikunu Jerome Gabaretta, Jamie Gambin, u Mark Meli bit-Taljan Christian Mirarchi jwieġeb għal Sirens.

    L-aħħar sessjoni kienet formalitá li spiċċat fi draw ta’ 2-2, b’Zach Mizzi u Nicho­las Bugelli jsibu x-xibka għal Sliema filwaqt li Jerome Gabaretta falla wkoll penalty. Christian Mirarchi u Edward Aquilina wieġbu għal Sirens.

    Sirens: 1-Nicholas Grixti, 2-Christian Mirarci (2), 3-Edward Aquilina (2), 4-Paul Privitera, 5-Marc Grech (1), 6-Isaiah Riolo, 7-Clint Mercieca, 8-Jacob Sciberras, 9-John Napier, 10-Gabriel Sam­mut, 11-Luke Caruana, 12-John Brownrigg, 13-Owen Gauci-Coach: Marco Baldinetti

    Sliema: 1-Joseph Sammut, 2-Jerome Gabaretta (4), 3-Christian Presciutti (1), 4-Mark Carani, 5-Mark Meli, Kai Dowling, 6-Michael Spiteri Staines (1), 7-David Fenech, 8-Michael Cordina, 9-Jamie Gambin (1), 10-Zach Mizzi (1), 11-Nicholas Bugelli (4), 12-Zachary Sciberras-Coach: Sergio Afric

    Referees: Massimo Angileri, Riccardo Carmignani