Waterpolo: I Div: Birżebbuġa jdawru telfa f'rebħa

    Ritratt: Dominic Borg

    I Diviżjoni

    Birżebbuġa.................... 12

    Marsaskala...................... 8

    (1-4, 5-1, 5-2, 1-1)

    Wara li fl-ewwel sessjoni kienu tliet goals minn taħt, Birżebbuġa wettqu reaz­zjoni mill-aqwa u dawru telfa f’rebħa ta’ 12-8 kontra Marsaskala.

    Infatti l-Iskalin rebħu l-ewwel sessjoni 4-1 b’goals minn Andrija Vlahovic, Jean Claude Cutajar u doppjet­ta ta’  Christian Mifsud li skorja darbtejn filwaqt li   Mi­k­hael Cutajar wiġeb għal Birżebbuġa.

    Fit-tieni sessjoni dawn tal-aħħar wettqu reazzjoni u skorjaw ħames darbiet minn doppjetta kull wieħed ta’ Mikhael Cutajar u David Cutajar u minn David Pace biex Daniel Borg Millo rrisponda għal Marsaskala.

    Fit-tielet sessjoni Birzeb­bu­ġa komplew iżidu r-ri­żul­tat meta rebħuha 5-2 bl-iskorers ikunu Simon Vassallo, Stephen Micallef, Neil Cassar u Darko Brguljan li rreġistra doppjetta.

    Min-naħa l-oħra Jean Clau­de Cutajar u Reinhard Attard wieġbu għal Marsa­skala.

    Bil-logħba mirbuħa u mitlufa, ir-raba’ sessjoni spiċċat fi draw ta’ 1-1 fejn Darko     Brguljan skorja għal Bir­żeb­buġa filwaqt li Andriya Vlahovic skorja għall-Iskalin.

    Birżebbuġa:  1-David Abe­la, 2-Max Borg, 3-Neil Cassar (1), 4-David Pace Lupi (1), 5-Darko Brguljan (3), 6-Jordan Buhagiar, 7-Simon Vassallo (1), 8-David Cutajar (2), 9-Stephen Micallef (1), 10-Mikhael Cutajar (3), 11-Karl Rizzo Naudi, 12-James Zerafa Gregory, 13-Russell Spiteri - Coach: Anthony Farrugia

    Marsaskala: Jurgen Micallef, Jean Claude Cutajar (2), Edward Carabott, Jeremy Borg, Daniel Borg Millo (1), Liam Grixti, Andrija Vlahovic (2), Jaimie Busuttil, Jake Bajada, Christian Mifsud (2), Duncan Cassar, Reinhard Attard (1), Joseph Cremona - Coach: Pierre Borg

    Referees: Stefano Licari, Arnaldo Petronilli