Protesti fl-Italja… iftħu l-portijiet għall-immigranti salvati

    Quddiem il-pożizzjoni li ħadet l-Italja fejn għalqet il-portijiet għal bastiment li abbord kellu għadd ta’ immigranti li kienu għadhom kif ġew salvati, wasslet biex f’diversi bliet Taljani isiru manifestazzjonijiet kontra id-deċiżjoni tal-Italja. Dawn il-manifestazzjonijiet kellhom għajta waħda, ‘iftħu l-portijiet għall-immigranti’.  Fost l-ibliet li fihom saru l-manifestazzjonijiet kien hemm Milan.