Il-Gvern jerġa’ juri li fil-liġi tal-IVF lest li jisma' lil kulħadd inkluż l-Oppożizzjoni

    Waqt li llum kompliet id-dskussjoni fi stadju ta’ Kumitat dwar l-emendi għall-Att dwar il-Protezzjoni tal-Embrijun, id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa, Chris Fearne ippropona li se jkun qiegħed jilqa’ proposta li saret mid-Deputat Nazzjonalista, Maria Fatima Deguara.

    L-Onorevoli Deguara qalet li minflok fl-ewwel ċiklu jkollok sa massimu ta’ tliet bajdiet ffertilizzati u f’ċikli suċċessivi sa massimu ta’ ħames bajdiet, tixtieq li kull każ jiġi diskuss f’team multidixxiplinarji li jiddeċiedi kemm l-aħjar jiffertilizza f’kull każ.

    Id-Deputat Prim Ministru qal li jaqbel ma’ dak li qed tgħid l-Onorevoli Deguara għaldaqstant se tiġi mibdula l-emendi biex tirreferi li jkun it-team multidixxpilinarju flimkien mal-ġenituri prospettivi li jiddeċiedi kemm bajd jiġi ffertilizzat f’kull ċiklu bil-massimu permessibbli dejjem ikunu ħames bajdiet.