Larinġ, ċereali u ħobż offruti mit-Taljani... it-tim mediku jisħaq li hemm bżonn ikel nutrittiv

    Wara li l-awtoritajiet Maltin offrew l-ilma lill-immigranti li hemm abbord l-MV Aquarius, fl-aħħar sigħat it-Taljani bagħtu provvista ta’ ikel lill-immigranti. L-ikel kien jikkonsisti f’larinġ, ċereali u ħobż.  

    Din l-għotja ta’ ikel ingħata mill-gwardji tal-kosta Taljani.  It-tim mediku ta’ MSF,  waqt li laqgħa din l-għotja ta’ ikel, qal li jinsab imħasseb fuq il-bżonnijiet ta’ nutrimenti li għandhom bżonn l-immigranti, li jonqoshom minn tal-inqas tlett ijiem oħra biex jaslu Spanja.