In-numru tal-MEPs għandu jonqos wara l-elezzjonijiet Ewropej

    Il-Parlament Ewropew għandu jiċkien għal 705 Membri Parlamentari Ewropej (MEPs) mis-751 attwali hekk kif ir-Renju Unit jitlaq mill-UE, biex b’hekk ikun hemm siġġijiet għall-pajjiżi li jistgħu dalwaqt jissieħbu mal-UE.

    Minbarra t-tnaqqis fid-daqs tal-Parlament Ewropew, distribuzzjoni ġdida tas-siġġijiet ġiet proposta wkoll fit-test adottat mill-plenarja l-Erbgħa. Din id-distribuzzjoni ġdida għandha tqiegħed f’riżerva 46 mit-73 siġġu tar-Renju Unit wara li dawn ikunu liberati b’riżultat tal-Brexit. 

    Xi wħud jew it-totalità tas-46 siġġu fir-riżerva jistgħu mbagħad jingħataw lill-pajjiżi l-ġodda li jissieħbu mal-UE fil-futur jew sempliċiment jibqgħu vakanti biex tiċkien l-istituzzjoni. Is-27 siġġul-oħra jitqassmu fost 14-il stat membru li attwalment mhux irrappreżentati biżżejjed. Malta mhijiex fost il-pajjiżi individwati għal iktar siġġijiet. 

    Il-pass li jmiss

    Il-kompożizzjoni l-ġdida tal-Parlament Ewropew għadha teħtieġ l-approvazzjoni tal-mexxejja tal-istati membri matul is-summit tat-28-29 ta’ Ġunju. Id-deċiżjoni mbagħad tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-UE.