Toby Alderweireld jinsab viċin Manchester United

    Il-manager ta’ Manchester United, José Mourinho, irid jagħmel akkwist ieħor qabel ma tibda t-Tazza tad-Dinja tant li jista’ jerġa’ jidħol għat-trasferiment tad-difensur ta’ Tottenham, Toby Alderweireld, 29 sena, li qed jiġi stmat £50 miljun. Iżda li scouts tal-United mhu­miex daqstant konvinti dwar l-internazzjo­nali Belġjan tant li qed jikkunsidraw altenattivi oħra skond sors ta’ livell għoli f’Old Trafford.