Twissija dwar 'pick-pocketing' fi żmien it-Tazza tad-Dinja

    Ftit sigħat biss ‘il bogħod mill-ftuħ uffiċjali tal-kopetizzjoni tant presitiġġjuża tat-Tazza tad-Dinja, in-Netwerk Ewropew għall-Prevenzjoni tal-Kriminalità qiegħed joħloq kuxjenza permezz ta’ kampanja li twissi dwar ‘pick-pocketing’ waqt attivitajiet li jinkludu massa kbira ta’ persuni.

    Il-kampanja #ProtectYourPocket li hija ffinanzjata mill-Fond għas-Sigurtà Interna tal-Unjoni Ewropea tinkludi filmat qasir fejn permezz ta’ animazzjoni mingħajr diskors, l-udjenza tifhem li b’sempliċiment nuqqas ta’ attenzjoni inti kapaċi tiffaċilità l-ħajja ta’ persuni li jkunu għassa tiegħek lesti biex mal-ewwel ċans li jkollhom, isibuk aljenat u jisirquk.

    Tajjeb li wieħed jifhem li dan it-tip ta’ serq huwa wieħed mill-eqdem reati fejn il-vittmi mhux biss ikollhom jaħdmu qatigħ biex jirkupraw ġidhom, iżda saħansitra jinħakmu minn inċertezza fejn tidħol sigurtà ta’ madwarhom.