L-Istati Uniti, il-Kanada u l-Messiku se jospitaw it-Tazza tad-Dinja 2026

    Il-kontinent tal-Amerika Ċentrali, compost mill-Istati Uniti, il-Kanada u l-Messiku,  se jorganizza l-fażi finali tat-Tazza tad-Dinja 2026.

    Dawn it-tliet pajjiżi għelbu l-offerta tal-Marokk fejn kisbu 67% tal-voti meta sar il-Kungress tal-FIFA, ġurnata qabel jingħata bidu għall-fażi finali tat-Tazza tad-Dinja, fir-Russja.

    Filwaqt li l-Kanada qatt ma organizzaw dan it-tournament, l-Istati Uniti ospitawh fl-1994 u għall-Messiku din se tkun it-tielet darba wara l-1970 u l-1986.