"Ilni nissaporti... issa nqabeż kull limitu"

    Ritratt li fl-aħħar sigħat qajjem bosta reazzjonijiet kien dak li juri wiċċ ta’ tifel b’daqqa ta’ ħatra li qala sigħat ilu f’waħda mill-iskejjel Primarji ta’ pajjiżna.

    Il-missier qiegħed jallega li ibnu qala din id-daqqa mingħand student iehor. F’messaġġ li hu kiteb fl-aħħar minuti qal li ilu jissaporti, iżda issa nqabeż kull limitu. 

    Spjega kif ibnu wasal lura d-dar b’naħa ta’ wiċċu ħamra nar wara li ftit sigħat qabel qala daqqa ta’ ħarta waqt li kien qed jattendi għal-lezzjonijiet fl-Iskola 

    Liema daqqa ta’ ħarta qed ikun allegat li qalagħha mingħand student ieħor.

    L-istess missier temm isostni li dan mhux każ wieħed ta’ bullying, iżda minkejja dan qishu mhu qed jiġri xejn. Hu appella lill-awtoritajiet ikkonċernati biex jieħdu l-passi kollha meħtieġa għax minn issa ‘l quddiem mhux se jibqa’ sieket.