Spanja bla kowċ ġurnata biss qabel il-ftuħ tat-Tazza tad-Dinja

    Il-kowċ tat-tim Spanjol Julen Lopetegui tkeċċa mit-tmexxija tat-tim wara li sar magħruf li huwa se jkun il-kowċ il-ġdid ta’ Real Madrid.

    Din l-iżvolta seħħet proprju jumejn qabel l-ewwel impenn tat-tim Spanjol fil-kompetizzjoni tat-Tazza tad-Dinja li qiegħda ssir fir-Russja fejn se jkunu qegħdin jilagħbu kontra t-tim tal-Portugall.

    Il-Federazzjoni Spanjola tal-futbol RFEF qalet li din id-deċiżjoni seħħet minħabba li huma ma kinux infurmati dwar dawn in-negozjati mat-tim ta’ Real Madrid.