Aġġornata: Karkariż l-Isptar wara ħabta head-on f’Ħal Qormi

    Raġel ta’ 55 sena minn Birkirkara sofra xi ġrieħi wara li kien involut f’ħabta head-on fi Triq tal-Ħandaq, Ħal Qormi. 

    L-inċident seħħ għall-ħabta tal-11.00 a.m. meta vann tat-tip Isuzu Elf misuq mir-raġel ħabat ma’ trakk tat-tip Volvo misjuq minn Taljan ta’ 35 sena. 

    Fuq il-post minnufih marru l-Pulizija, membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u ambulanza li ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei għall-kura.

    Filwaqt li t-Taljan ma sofra mill-ebda ġrieħi, il-kundizzjoni tar-raġel minn Birkirkara għadha mhix magħrufa.

    L-investigazzjoni tal-Pulizija għadha għaddejja.