11-il persuna jitilfu ħajjithom f’ħabta bejn żewġ dgħajjes fir-Russja

    Aktar kmieni din il-ġimgħa seħħ inċident fatali bejn żewġ dgħajjes proprju fejn il-belt li fiha llum se tilqa’ l-avveniment tant mistenni tat-Tazza tad-Dinja. 

    11-il persuna nqatlu hekk kif żewġ dgħajjes ħabtu fix-xmara Volga, ftit metri ‘l bogħod mill-kosta tal-belt Volgograd fin-Nofsinhar tar-Russja. 

    Fi stqarrija maħruġa mill-aġenzija tal-aħbarijiet Tass ġie rrapportat li fl-investigazzjonijiet instab li l-kaptan tal-paddleboat kien fis-sakra.

    Uffiċjali tas-salvataġġ qalu li l-inċident seħħ meta barkun li kien qed jinġibed minn dgħajsa ta’ l-irmonk ħabat ma’ paddleboat b’16-il persuna fuqha. 11-il persuna tilfu ħajjithom mentri l-ħamsa l-oħra ġew salvati. L-investigazzjonijiet mill-awtoritajiet lokali dwar il-każ għadhom għaddejjin.