Zjelko Buvac jilħaq ftehim ma’ Fenerbahce

    L-ex assistent kowċ ta’ Liverpool, Zjelko Buvac, laħaq ftehim mal-club Tork, Fenerbache, biex imexxi lit-team għal dawn it-tliet snin li ġejjin.

    Buvac kien qal li telaq lill-club tar-Reds minħabba raġunijiet personali. Iżda mbagħad kienet ħarġet l-aħbar li kien tkeċċa minħabba li mar jinnegozja minn wara dahar il-kowċ, Jurgen Klopp, fit-tentattiv li jsir il-kowċ ta’ Arsenal.

    Il-kowċ Bosnjan kien ilu jaħdem ma’ Klopp għal dawn l-aħħar 17-il sena.