Imut il-player Brażiljan Muller ta’ Nadur Youngsters

     Tħabbret il-mewt tad-difensur Brażiljan ta’ Nadur Youngsters, Sandro Luis Haas Muller.

    Muller, ta’ 32 sena, miet f’aċċident tat-traffiku waqt btala f’pajjiżu.

    L-istaġun li għadu kif intemm kien it-tieni darba li Muller libes il-flokk ta’ Nadur wara li għamel dan fl-istaġun 2011/13 fejn kien lagħab 18-il logħba tal-kampjonat.

    F’pajjiżu lagħab ukoll ma’ Curzeiro RS (2011), Riograndese (2012), Guarany Bage (2013), Inter de Lages (2014), America TO (2015), Sao Paulo RS (2016) u Sapucaienes (2017).