Julen Lopetegui jinħatar kowċ ta’ Real Madrid

    Real Madrid ħabbru li ħatru lil Julen Lopetegui biex ikun is-suċċessur tal-kowċ, Zinedine Zidane, li rriżenja ftit tal-jiem ilu.

    Lopetegui, li bħalissa jinsab fit-tmexxija tat-team nazzjonali li se jieħu sehem fit-Tazza tad-Dinja li se tibda minn nhar il-Ħamis, ingħata kuntratt ta’ tliet snin.

    Huwa se jieħu t-tmexxija hekk kif tintemm l-avventura ta’ Spanja f’dan it-tournament mondjali.

    Lopetegui, li għandu 51 sena, mexxa wkoll lit-team ta’ FC Porto għal sentejn qabel ma fl-2016, inħatar kowċ nazzjonali ta’ Spanja.