Raġel iżomm tliet persuni ostaġġi f'Pariġi

    Raġel allegatament armat u li hedded li għandu bomba u revolver ħa tliet persuni ostaġġi f’Pariġi. Dan kien ikkonfermat mill-Pulizija Franċiża.

    Kelliemi għall-pulizija qal li wieħed mill-ostaġġi għandu ġrieħi f’rasu.

    Il-pulizija għalqu t-toroq tal-madwar u jinsabu f’negojati mar-raġel, kompla jisħaq il-kelliemi għall-Pulizija.

    L-inċidnet mhux maħsub li għandu konnessjonijiet ma’ attakk terrostiku minkejja li r-raġel talab li jitkellem ma’ uffiċjali mill-ambaxxata Iranjana.

    Rapporti fil-midja rrapportaw li fost l-ostaġġi hemm mara tqila madankollu dan ma kienx ikkonfermat mill-pulizija.