5,769 separati u 'single mothers' fuq ir-relief

    Huma 5,769 il-persuni separati u 'single mothers' li bħalissa qed jirċievu r-'relief'.

    Minn dawn hemm 3,082 separati li qed jirċievu l-għajnuna soċjali u 223 li qed jirċievu l-benefiċċju tal-qgħad mentri 2,464 huma 'single mothers'.

    L-ikbar ammont ta' separati li qed jirċievu l-għajnuna soċjali, 211, ġejjin minn Birkirkara waqt li l-ikbar numru ta' dawk li qed jieħdu l-benefiċċju tal-qgħad, 20, jgħixu San Pawl il-Baħar.

    Fir-rigward tas-separati l-istatistika turi li l-ikbar ammont, 158, ġejjin minn Birkirkara.

    Dan it-tagħrif ingħata mill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjeta Soċjali Michael Falzon għal domanda tad-deputat Laburita Etienne Grech.