Raheem Sterling ma jaċċettax kuntratt ġdid minn Manchester City

    L-attakkant internazzjonali, Raheem Sterling, ma aċċettax kuntratt ġdid minn Manchester City. Bħalissa Sterling jinsab fl-iskwadra Ingliża li se tieħu sehem fit-Tazza tad-Dinja fir-Russja li se tibda nhar il-Ħamis li ġej.

    Iċ-champions Ingliżi jridu lil dan il-plejer ta’ 23 sena biex jiffirma kuntratt ta’ erba’ snin iżda huwa ma aċċettax. Dan minħabba li bħalissa  huwa jaqla’ salarju ta’ £175,000 fil-ġimgħa filwaqt li Kevin De Bruyne għadu kif iffirma kuntratt ġdid b’salarju ta’ £350,000 fil-ġimgħa.

    Jidher li Sterling irid l-istess salarju .... iżda s-City waslu sa £190,000 fil-ġimgħa.