Raġel iweġġa' gravi wara li jaqa' minn għoli ta' sular minn fuq bejn ta' garaxx

    Raġel mill-Imtarfa sofra ġrieħi gravi wara li waqa’ minn għoli ta’ madwar sular. Mill-ewwel stħarriġ tal-Pulizija jirriżulta li r-raġel, li għandu 56 sena, waqa’ madwar sular għoli minn fuq bejt ta’ garaxx meta kien qed jagħmel xi xogħlijiet fuq l-istess bejt.

    Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei għall-kura fejn aktar tard ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.

    L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.