ARA: Jipprova jaħrab minn ors, jinżel jgħum u jegħreq

    Sajjied Russu li ntefa’ fi xmara ffriżata biex jaħrab mill-mewt wara li safa attakkat minn ors, miet hekk kif għereq fix-xmara nnifisha. Sergey Zhirkov, ta’ 31 sena, kien qed jistad fil-peninsula ta’ Kamchatka fil-Lvant tar-Russja, meta ors ħareġ mix-xmara u ċarratlu id-dinghy.

    Huwa beda jwaddab il-ġebel lejn l-ors f’tentattiv li jbeżżgħu u jġegħlu jaħrab. Madankollu fil-filmat miġbud minn sajjieda oħrajn Zhirkov jidher jipprova jaħrab mill-ors billi jidħol jgħħum fix-xmara li f’dak iż-żmien partikolari kienet mimlija silġ li kien qed jinħall.

    Madankollu huwa jidher li nħakem mill-kurrent u s-silġ u spiċċa jinġarr mal-ilmijiet iffriżati.