Infettati bi gdim tan-nemus mill-Ġnien taċ-Ċiniżi … Il-Kunsill ta' Santa Luċija jirreaġixxi

    Il-Kunsill Lokali ta' Santa Luċija rreaġixxa gall-artiklu ppubblikat nhar il-Ħadd li għadda fuq Inewsmalta u l-ġurnal It-Torċa dwar kif diversi persuni li fl-aħħar jiem marru b'uliedhom fi Ġnien is-Serenità f’Santa Luċija magħruf aħjar bħala l-Ġnien taċ-Ċiniżi spiċċaw kellhom imorru l-poliklina jew għand it-tobba privati tagħhom wara li spiċċaw ingidmu minn nemus li hemm mal-vaska prinċipali.

    Il-Kunsill saħaq li ttieħdu l-passi immedjati biex isiru l-aċċertamenti neċessarji dwar dawn l-allegazzjonijiet. Filfatt il-Kunsill għamel rapport lid-Dipartiment tas-Sanità li marru fuq il-post biex jistabilixxu hemmx xi periklu għas-saħħa pubblika inġenerali.

    Il-Kunsill saħaq ukoll li huwa infurmat li fi Ġnien is-Serenità ma nstab xejn partikolari u r-riskju li wieħed jingidem minn nemus huwa l-istess bħal dak ta postijiet oħra.