Godfrey Farrugia jattakka lil sezzjoni tal-ħaddiema tax-xatt

    Waqt il-ħin tal-aġġornament tas-seduta tal-bieraħ tal-Parlament, id-Deputat Parlamentari Godfrey Farrugia għamel attakk fuq sezzjoni tal-ħaddiema tax-xatt.
     
    Hu ddeskriva bħala li hemm minnhom li għandhom sistema medjevali fejn il-missier jista’ jħalli b’wirt ix-xogħol tiegħu lil uliedu. Hu qal li din hi inaċċettabbli u tmur kontra r-regoli tal-Unjoni Ewropea. Hu kkritika wkoll lill-gvern għax qal li l-gvern ta kumpens lil dawn il-ħaddiema biex din is-sistema titneħħa imma imbagħad lejlet l-elezzjon għamel avviż legali fejn reġa’ ta’ dan il-wirt.