L-Assistent Kummissarju Silvio Valletta mhux se jibqa' involut fl-investigazzjoni dwar il-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia

    L-Imħallef Silvio Meli laqa’ t-talba tal-familja Caruana Galizia biex l-Assistent Kummissarju Silvio Valletta ma jibqax involut fl-investigazzjoni dwar il-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.

    L-Avukat peter Caruana Galizia u l-kumplament tal-familja oġġezzjonaw li jkun fl-investigazzjoni, minħabba li martu hija l-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana u l-artikolista kienet kitbet diversi artikli fuqha.

    Kienu ż-żewġ avukati u deputati Nazzjonalisti Jason Azzopardi u Therese Comodini Cachia li oriġinarjament fetħu l-kawża kostituzzjonali kontra l-Kummissarju tal-Pulizija, l-Avukat Ġenerali u d-Deputat Kummissarju Silvio Valletta.

    Peter Caruana Galizia u wliedu Matthew, Andrew u Paul ilmentaw li l-fatt li Valletta jiġi r-raġel tal-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana jtellef mill-imparzjalità li meħtieġa fl-investigazzjoni ta' dan il-każ anke għall-fatt li kemm l-istess pulizija u ministru ġew ikkritikati minn Caruana Galizia.

    Kien għalhekk li huma talbu lill-Qorti Kostituzzjonali biex tordna lill-imsemmi uffiċjal tal-Pulizija jieqaf milli jkun involut fl-investigazzjoni dwar il-qtil li seħħ fis-16 ta' Ottubru li għadda.