Maltco tgħid li żewġ biljetti ekwivalenti għal €12,320.24ċ fi premji baqgħu ma ssarrfux … u daqt jiskadu

    Żewġ biljetti rebbieħa li jammontaw għal €12,320.24ċ f’rebħ baqgħu ma ġewx imsarrfin. UBET qalet li ż-żewġ biljetti nxtraw f’April li għadda, b’wieħed mill-biljetti ikun għat-tiġrijiet taż-żwiemel u l-ieħor validu għall-Grand Lottery.

    L-ewwel biljett tal-UBET Swedish Horse Racing, li huwa rebbieħ tas-somma €6,312.24ċ inxtara minn banka tal-lottu f’San Ġiljan.

    It-tieni biljett, validu għall-Grand Lottery, u li huwa rebbieħ għal €6,008, inxtara minn banka tal-lottu fir-Rabat Għawdex.

    Maltco Lotteries ħeġġet liż-żewġ rebbieħa biex b’mod immedjat iżuru l-uffiċċju tal-kumpanija fl-Iklin u biex isarrfu l-biljetti qabel ma dawn jiskadu, jiġifieri 60 jum mid-data tat-tlugħ tagħhom.