Salvini jhedded li jagħlaq il-portijiet għal bastimenti oħrajn b'immigranti … 936 immigrant mistennijin li jiddaħħlu llejla Sqallija

    Id-Deputat Prim Ministru Taljan Matteo Salvini hedded li pajjiżu se jibqa’ jżomm sod fir-rigward tal-kwistjoni tal-immigrazzjoni u anke lest li jagħlaq il-portijiet għal dgħajjes b’immigranti abbord jekk pajjiżi oħrajn membri tal-Unjoni Ewropea, bħal Franza u r-Renju Unit, mhux se jkunu aktar involuti fil-kriżi tal-immigranti.

    Dan filwaqt li bastiment tal-gwardja tal-kosta Taljana b’abbord 936 immigrant u żewġ katavri wkoll ta’ immigranti, kienet qed tbaħħar lejn Katanja fejn mistennija li tasal aktar tard illejla. L-immigranti ġew salvati minn seba’ operazzjonijiet separati.

    F’kummenti lill-ġurnalisti Salvini qal li “fl-eventwalità li jkun hemm aktar bastimenti ta’ NGOs barranin li jkunu qed iġorru bnadar barranin, lesti li nagħmlu l-istess (ma nagħtuhomx aċċess iex jidħlu f’portijiet Taljani)”.