ARA: Iġġorr in-neputijiet f'gaġeġ tal-klieb f'temperaturi jikwu

    Filmat li nxtered fil-midja barranija ħalla bosta persuni xxukjati u dan hekk kif fih kienet tidher anzjana li allegatament tuża gaġeġ tal-klieb biex fihom tqiegħed lin-neputijiet.

    Leimome Cheeks ta’ 62 sena kienet akkżata li poġġiet lit-tfal li għad għandhom biss seba’ snin u tmien snin fil-periklu hekk kif dawn ammettew mal-pulizija li nanninthom kienet tħallihom f’temperaturi li jlaħħqu mal-35 grad.

    It-tfal qalu wkoll li nannithom kienet iġġegħlhom joqogħdu f’dawn il-gaġeġ, filwaqt li ssostni li ma hemmx biżżejjed spazju għalihom fil-parti ta’ quddiem tal-vettura.