L-Istati Uniti temmen li t-taħditiet mexjin b'pass mgħaġġel aktar minn dak ippjanat

    L-Istati Unii qalet li d-diskussjonijiet mal-Korea ta’ Fuq mexjin b'pass mgħaġġel aktar minn dak mistenni ftit sigħat biss qabel l-laqgħa tant mistennija f’Singapore.

    Jidher li seħħew taħditiet preliminari qabel il-laqgħa li mistennija tospita biss lill-President Amerikan Donald Trump, lil Kim Jong-un u t-tradutturi tagħhom. Trump huwa mistenni jħalli l-pajjiż fl-istess lejla ta’ din il-laqgħa li tant qajmet interess.

    Il-midja barranija tkellmet ħafna dwar din ir-relazzjoni ġdida bejn iż-żewġ pajjiżi, bl-Istati Uniti tgħid li se toffri garanzija ta’ sigurtà “unika” fi skambju għal denuklearizzazzjoni totali.

    Is-Segretarju tal-Istat Mike Pompeo qal li l-Istati Uniti mhi se taċċetta xejn anqas minn denuklearizzazzjoni kompluta.