Trump ukoll jasal Singapore għas-summit ma' Kim Jong-un ta' jumejn oħra

    Il-President Amerikan Donald Trump għamel il-wasla tiegħu fl-Ajruport ta’ Paya Lebar biex jattendi għas-summit storiku ma’ Kim Jong-un li se jkun qed jiżvolġi fit-12 ta’ Ġunju.

    Huwa mistenni li joqgħod fil-lukanda Shangri-La u għada mistenni li jiltaqa’ mal-Prim Ministru ta’ Singapore Lee Hsien Loong. Trump u Kim mistennijin li jiltaqgħu għall-ewwel laqgħa nhar it-Tlieta fil-Lukanda Capella fuq il-gżira ta’ Sentosa, fejn jaf jitnieda proċess ta’ denuklearizzazzjoni tal-Korea ta’ Fuq bi skambju għal għajnuna ekonomika.

    Trump wera l-ħerqa u d-disponibilità tiegħu biex jattendi din il-laqgħa ma’ Kim fejn sejjaħha bħala “opportunità ta’ darba”.

    Sadanittant aktar kmieni llum Kim għamel il-wasla tiegħu f’Singapore abbord ajruplan tal-linja tal-ajru Air China fejn intlaqa mill-Ministru għall-Affarijiet Barranin Vivian Balakrishnan. Huwa mbagħad iltaqa’ mal-Prim Ministru ta’ Singapore fir-residenza uffiċjali tal-Prim Ministru.

    ARA WKOLL: Kim Jong-un jasal f'Singapore