Jissoktaw l-attakki mir-ribelli Sirjani fuq irħula li jappoġġjaw lill-President Assad

    Żewġt irħula ta’ Musulmani Shi’ite li jappoġġjaw lill-Gvern Sirjan sfaw attakkati mill-ġdid mir-ribelli. Dan wassal għal attakki mill-ajru f’ritaljazzjoni.

    L-irħula ta’ al-Foua u Kefraya, li skont in-Nazzjonijiet Uniti jirrappreżentaw l-aħħar parti mill-popolazzjoni Sirjana li għadha tiffaċċja ġlied u attakki mir-ribelli, kienu attakkati matul il-lejl li għadda. L-osservatorju Sirjan għad-Drittijiet tal-Bniedem qal li dawn l-attakki jidher li kienu instigati minn attakki mill-ajru minn ajruplani militari tal-Gvern fuq ir-raħal ta’ Zardana, f’liema attakk inqatlu mill-inqas 51 persuna.