Britvic b’dehra ġdida għall-għażla tal-prodotti tagħha

    Il-marka Britvic Mixers – prodotta, irreklamata u mqassma f’Malta minn Simonds Farsons Cisk plc – żvelat dehra ġdida fl-għażla tal-prodotti ikoniċi tagħha, li tinkludi l-Bitter Lemon, l-Indian Tonic Water, is-Soda Water u l-Ginger Ale. Id-disinn il-ġdid ta’ dawn il-prodotti sar biex jenfasizza l-wirt klassiku Brittaniku tad-ditta.

    L-għażla tal-prodotti ilha parti mill-kultura Brittanika tal-ħwienet tax-xorb mill-1938. B’ħidma fl-Ingilterra, l-Irlanda, Franza u l-Brażil, il-kumpanija żviluppat portafoll b’saħħtu għall-marki ikoniċi tagħha. Barra minn hekk, fl-Ingilterra u l-Irlanda, il-kumpanija tipproduċi u tbigħ numru ta’ marki magħrufa ta’ soft drinks ta’ PepsiCo, bis-saħħa ta’ ftehim esklużiv li għamlet ma’ PepsiCo.

    Susan Weenink Camilleri, il-Kap tar-Reklamar u l-Komunikazzjoni ta’ Simonds Farsons Cisk plc, qalet li, “Id-dehra l-ġdida tal-prodotti ta’ Britvic Mixers tinkludi disinji kontemporanji attraenti li jsaħħu wkoll il-wirt Brittaniku tal-marka. Kunfidenti li dawn id-disinji se jintlaqgħu tajjeb fis-suq lokali u mill-konsumaturi.”

    Il-marka Britvic għandha Warrant Irjali prestiġjuż, maħruġ mill-E.T. ir-Reġina, li jfisser li hija l-fornitur tal-juices tal-frott u s-soft drinks tal-preferenza tad-Djar Irjali. Dan hu indikat ukoll fuq it-tikketti tal-Britvic li jinkludu, bi kburija, l-Armi Rjali.

    Barra minn hekk, il-Britvic Indian Tonic Water baqa’ jżomm il-Premju Eċċezzjonali ta’ 3 Stilel li ngħatalu mill-istitut prestiġjuż u meqjus mad-dinja, l-International Taste & Quality Institute. Dan huwa titlu mill-aktar imfittex li jeħtieġ proċess rigoruż ta’ testijiet tat-togħma, l-aroma u d-dehra, minn ġurija esklużiva ta’ esperti minn organizzazzjonijiet kulinarji prestiġjużi, l-Association de la Sommellerie Internationale (ASI), u esperti oħra tax-xorb mill-aktar famużi.

    Il-prodotti tal-firxa kollha tal-Britvic Mixers jiġu fi fliexken tal-ħġieġ ta’ 25ċl, filwaqt li l-Bitter Lemon u l-Indian Tonic Water jiġu wkoll fi fliexken tal-PET ta’ 50ċl.