Jitnieda l-aħħar mudell tal-Mercedes A Class f'Sant'Iermu

    Il-kumpanija Kind’s Auto Sales Ltd għażlet il-faxxinu tal-Malta Fashion Week bl-isfond tal-forti Sant’Iermu biex tniedi l-aħħar mudell tal-karozza Mercedes A Class, karozza mill-aktar popolari fit-toroq lokali.

    Dan l-aħħar mudell filwaqt li jżomm il-livell għoli tal-vetturi tat-tip Mercedes jintrodu wkoll għadd ta’ teknoloġiji ġodda u innovattivi, li filwaqt li jkomplu jżidu fl-esklussività ta’ din il-vettura, ikomplu jġegħluha tispikka fuq vetturi simili oħrajn fis-settur tagħha.

    Għal aktar informazzjoni wieħed għandu jirrikorri għand Kind's Auto Sales Ltd, Triq Il-Mosta, Ħal Lija, jew billi jċempel 2143 3601.

    RITRATTI: ALAN SALIBA