The Peculiars b'esebizzjoni oħra fil-belt Valletta

    Where Have You Gone?

    L-esebizzjoni 'Where Have You Gone?' hi it-tieni esebizzjoni tal-arti mingħand l-artisti Hannah Galea, LONKIRKOP u Serah Stringer, flimkien taħt l-isem ta’ The Peculiars.

    Il-ħsieb ta’ din l-esebizzjoni beda immedjatament wara il-feedback pożittiv għal-Ewwel Esebizzjoni bit-tema tas-sess “What’s Your Flavour?”, li saret fi-strada stretta f’Dicembru li għadda.

    Din id-darba it-tema hi l-iżolament, fejn The Pecualiars qegħdin imissu ma temi varji bħall, Id-dipressjoni, Mard kroniku, il-mewt, it-terrorizmu, il-Body Image, L-impatt tal-bniedem fuq l-ambjent etc.

    Bħala post din id-darba, The Peculiars iddeċidew li jmorru fil-Kripta ta’ taħt il-knisja ta’ Santu Wistin il-Belt Valletta. Għal The Peculiars, il-post fejn jesebixxi l-arti tagħhom hu importanti ħafna, biex barra li joffri lil pubbliku l-opportunita li jżuru dawn il-postijiet sbieh, jikkumplimenta it-tema u ix-xogħol esebit.

    Dettalji tal-Esebizzjoni:

    Post: The crypt of st. Augustine’s church, entrance from żekka street, Valletta

    Dati: From 6th June Evening (7:30 Opening night) open everyday till Sunday 10th June.

    Għal aktar informazzjoni żur: https://www.facebook.com/events/141404139927348/

    Dettalji dwar The Peculiars:

    L-artisti Hannah Galea, LONKIRKOP u Serah Stringer, iltaqgħu waqt l-istudju tagħhom għad-degree fil-Fine Arts. Kif lestew l-istudji tagħhom iddeċidew li jgħaqqdu il-passjoni u l-iskills li-għandhom fl-arti u jibdew jorganizzaw l-esebizzjonijiet tal-arti flimkien, taħt l-isem ta’ The Peculiars. L-għan ta’ The Peculiars hu li permezz tal-arti tagħhom jitkellmu dwar suġġetti varji li hafna minnhom jistgħu ikunu jaħarqu u li forsi mhux kulħadd għandu il-kuraġġ li jiddiskutihom. Fl-esebizzjonijiet tagħhom dejjem jagħmlu użu minn materjali differenti biex l-udjenza dejjem tara xi ħaġa differenti, impattiva u friska.