Tas-Sliema bi tlett ijiem ta' tlielaq ta' powerboats

    Il-kosta ta’ Tas-Sliema għal tlett ijiem se tkun qed tilqa’ avveniment mill-aktar popolari hekk kif bejn it-Ġimgħa 8 ta’ Ġunju u l-Ħadd 10 ta’ Ġunju se tkun qed tiżvolġi t-tellieqa ta’ powerboats tat-tip One-Design V2 Racing Class. Din it-tellieqa hija valida mill-ewwel Kampjonat Internazzjonali tal-Powerboats organizzat minn VOOMQUEST.

    Il-Ġimgħa 8 ta’ Ġunju mistennijin li jiżvolġu żewġ sessjonijiet li jinvolvu testing u kwalifiki għaż-żewġ tlielaq li se jkunu qed jiżvolġu l-għada s-Sibt 9 ta’ Ġunju.

    Sadanittant il-Ħadd 10 ta’ Ġunju se tkun qed tiżvolġi sessjoni ta’ testing u tellieqa oħra.

    Il-kampjonat tal-2018 se jkun jikkonsisti minn disa’ tlielaq, bit-tlielaq ilkoll mistennijin li jiżvolġu qrib tal-kosta ta’ pajjiżna.