L-ilma Aquavia ...prodott ġdid tajjeb għal saħħtek

    Hu fatt magħruf kemm l-ilma hu bżonnjuz għal ġisem tagħna. Il-benefiċċji mhumiex ftit. Biss mistoqsija fuq fomm ħafna nies hi x’ilma se tagħmel meta tiġi biex tixtri. Fis-suq hawn diversi prodotti u ftit li xejn hawn gwidi ta’ x’wieħed jista’ jixtri.

    Fis-suq għadu kif ġie mniedi prodott ġdid “Aquavia”. Prodott li hu differenti minn ilma ieħor. Ilma li għandu alkalinità għolja li tfisser li dak l-ilma ikollu kapaċità akbar li jinnewtralizza l-aċtu. L-alkalinità fl-ilma tvarja u fil-każ ta’ dan l-ilma, dan għandu alkalintà għolja minħabba li ġej minn żona vulkanika u muntanjuża. 

    Dan l-ilma joriġina mill-għoljiet ta’ Transylvania u l-muntanji Apuseni. Hu wieħed mill-postijiet meraviljużi imdawwar b’foresti. Il-post hu magħruf bħala Valea Sacuieului. Hawnhekk, taħt l-art hemm ħażniet ta’ ilma, li għandu togħma ferm bnina u friska. AquaVia hu meqjus bħala ‘ilma speċjali’, li ġej minn post speċjali. Dan l-ilma ġie ttestjat li hu pH9.4, u għalhekk fost l-aktar ilma li għandhom benefiċċji għas-saħħa. Ilma b’livelli għoljin ta’ pH hu meqjus bħala antidiossant tajjeb ħafna u li faċilment ikun assorbit mill-ġisem. 

    Dan il-prodott se jkun jista’ jibda jiġi mqassam fis-supermarkets ewlenin u wieħed jista’ jagħmel kunatt għal dan ma' Dudi's Ltd, El Panadero, Triq il-Pitkali Attard jew iċempel fuq 2742 4386 jew 21 424387.