Il-Mellieħa titlef wieħed mit-tobba magħrufa

    Bosta kienu l-Melleħin li nħasdu bl-aħbar tal-mewt tat-Tabib Joseph Grech Attard.

    Grech Attard, li għalaq 71 sena fl-14 ta' Mejju li għadda, miet kawża ta' kanċer fil-kliewi.

    Magħruf bħala “ta' Saċċi”, it-tabib kien għamel żmien jokkupa l-kariga ta' Supretendent tal-Isptar San Luqa

    Fost dawk li esprimew id-dieqa tagħhom kien hemm id-deputat parlamentari Laburista Clayton Bartolo li rrimarka kif il-Mellieħa tilfet tabib maħbub, ħabib ċajtier u persuna li ħafna kienu jikkunsidrawh bħala wieħed minn tal-familja.

    L-eks-Viċi-Sindku tal-Mellieħa rringrazzjah għas-servizz twil li ta kemm lill-kommunita Melleħija kif ukoll lill-pajjiż.

    Is-Segretarju Parlamentari Deo Debattista, tabib bħalu, ukoll sellem il-memorja tiegħu fejn iddeskrivih bħala “ħabib u ġentlom”.

    Bosta kienu dawk ir-residenti Melleħin li wkoll esprimew id-dieqa tagħhom għal dan it-tabib altruwista li kien anke siefer fuq missjoni barra biex jgħin lill-batut.

    L-aħħar tislima lit-Tabib Grech Attard se tingħata llum il-Ġimgħa b'quddiesa li tibda fit-3.30 p.m. fil-knisja tal-Mellieħa.