“Nħossni nistħi li jien Malti"... Deputat Nazzjonalista b’rabta mal-każ tal-Pulizija li tkaxkar minn karozza

    Id-Deputat Nazzjonalista Toni Bezzina, tkellem dwar dak li seħħ nhar it-Tlieta fil-każ fejn Pulizija tkaxkar minn karozza u  qal li “inħossni nistħi li jien Malti.”  Spjega li “hemm bżonn naraw li jsir dak kollu possibbli biex l-uffiċjali pubbliċi jkunu protetti.” 

    Tkellem fuq it-traffiku u qal li aktar mhux jgħaddi żmien aktar is-sitwazzjoni tat-traffiku qed tiggrava. Qal li se jsemmi dviersi soluzzjoni fosthom dik li tibda tinġabar informazzjoni ta’ kemm qed jgħaddi traffiku minn ċertu toroq.  Hu qal ukoll li rridu ninvestu aktar fl-edukazzjoni ta’ uliedna  u dan biex dawn jibdew iħarsu lejn mezzi ġodda ta’ trasport.