Il-Kuntistabbli Schembri jibqa' jissielet għal ħajtu... ikomplu messaġġi deplorevoli fil-konfront tal-pulizija

    Filwaqt li l-Kuntistabbli Simon Schembri għadu jissielet għal ħajtu wara numru ta’ interventi li sarulu fl-aħħar sigħat, għadom għaddejjin għadd ta’ kummenti ta’ “ħdura u kattiverja” fil-konfronti tal-korp tal-pulizija bl-Ispettur Sandro Camilleri ixerred fuq il-profil ta’ Facebook partijiet mid-diskors ta’ persuna li awgurat li jittajjar pulizija kuljum “ħa neħilsu minnhom”.   

    Intant fuq il-pagna tal-Police Officers Union xi nies daħlu joffendu u jgħajjru lill-Ispettur Camilleri u wara li rawh kommoss u bid-dmugħ f'għajnejh waqt il-programm pjazza fuq One TV.