Mara mressqa l-qorti b’konnessjoni mat-theddida bomba tal-Gozo Channel

    Dalgħodu l-pulizija ressqet il-qorti lil Joelle Galea, ta’ 34 sena minn tas-Sliema, b’konnessjoni mat-theddida bomba tal-Gozo Channel il-ġimgħa l-oħra. Galea wieġbet mhux ħatja għall-akkuża ta’ kompliċità f’rapport ingann ta’ bomba fuq il-vapur tal-Gozo Channel, rapport li kkawża sospensjoni tas-servizz temporanja.

    Qabel: Il-Pulizija la kkonfermat u lanqas ċaħdet li qiegħda tfittex mara b’rabta mat-theddida ta’ bomba li saret il-ġimgħa l-oħra fuq il-Gozo Channel. 

    Rapporti fil-mezzi tax-xandir qalu li l-pulizija qed tfittex mara għax tissuspetta li talbet lil Ronald Mallia jċempel u jgħid li kien hemm bomba fuq il-vapur bil-għan li tevita li tiġi Malta għall-kawża.

    Mallia, żagħżugħ ta’ 30 sena mill-Mosta, ammetta quddiem il-Maġistrat Aaron Bugeja li kien hu li ċempel lill-sPulizija u qalilhom li kien hemm bomba fuq il-Gozo Channel. Huwa ngħata l-ħelsien mill-arrest taħt garanzija personali ta’ €20,000 sakemm tingħata s-sentenza mill-Maġistrat Bugeja. 

    L-Ispettur Antonello Grech u l-Ispettur Omar Zammit mexxew il-presekuzzjoni f’dan il-każ.