Uffiċjal 'off-duty' kruċjali fl-arrest ta' żewġ persuni suspettati

    Uffiċjal tal-pulizija li kien ‘off-duty’ kien kruċjali fl-arrest ta’ żewġ persuni li seħħ ilbieraħ għall-ħabta tal-11 p.m fi Triq il-Pitkali Ħ’Attard.

    L-uffiċjal li nzerta kien għaddej minn Triq l-Imdina, Ħ’Attard innota żewġ persuni quddiem ħanut li kienu qegħdin jaġixxu b’mod suspettuż u meta dawn il-peruni lemħuh huma telqu minn fuq il-post permezz ta’ vettura tat-tip Nissan Micra.

    Madanakollu wara li ssejħu l-pulizija tad-distrett u membri mir-Rapid Intervention Unit kienet innotata ħsara fuq bieb ta’ ħanut u kien għalhekk li wara tfittxija fl-inħawi, iż-żewġ persuni kienu arrestati u qegħdin jinżammu mill-pulizija għal aktar investigazzjonijiet.