Paris St Germain jiffirmaw lill-kowċ Thomas Tuchel

    Paris St-Germain ħatru lill-Ġermaniż, Thomas Tuchel, bħala l-kowċ ġdid tagħhom minflok l-Ispanjol Unai Emery li wassal lit-team għat-treble domestiku, iżda l-kuntratt tiegħu ta’ sentejn ma ġiex imġedded.

    Tuchel, 44 sena, li ilu sena bla club, iffirma kuntratt ta’ sentejn mal-ġganti Franċiżi wara li fl-2015 kien ħa post Jurgen Klopp ma’ Borussia Dortmund wara li dan ingħaqad ma’ Liverpool. “Huwa b’ferħ kbir, kburija u ambizzjoni li ngħaqadt ma’ dan il-club kbir li huwa Paris St-Germain,” qal Tuchel.