Rafael Marquez jista’ jilgħab fil-ħames Tazza tad-Dinja

    Rafael Marquez jista’ jsir it-tielet player li jilgħab f’ħames finali tat-Tazza tad-Dinja wara li ġie nkluż fl-iskwadra ta’ 28 players tal-Messiku.

    Marquez, 39 sena, li jilgħab fil-qalba tad-difiża jew midfielder difensiv, jingħaqad mal-Ġermaniż Lothar Matthaeus u mal-kompatrijott tiegħu, Antonio Carbajal, f’dan il-grupp esklussiv.

    Huwa rebaħ La Liga erba’ darbiet u ċ-Champions League darbtejn ma’ Barcelona, u issa jistenna l-4 ta’ Ġunju biex ikun jaf jekk jiġix inkluż fit-23 finali għar-Russja 2018.

    Il-player ta’ Atlas, li lagħab 143 logħba għall-Messiku u fihom skorja 19-il goal, sar l-ewwel wieħed li kien captain ta’ team f’erba’ finali Mondjali.

    Barra minn hekk huwa sar ukoll t-tieni Messikan wara Cuauhtemoc Blanco – li skorja fi tliet tournaments konsekuttivi meta fetaħ l-iskor fir-rebħa 3-1 fuq il-Kroazja.

    F’Awwissu 2017, Marquez ċaħad akkużi Amerikani li kellu rabta ma’ xi forma ta’ organizzazzjoni maġġura ta’ traffikar tad-drogi.