Il-Parlament juri solidarjeta mal-pulizija mweġġa'

    L-inċident li fih il-Kuntistabbli Simon Schembri kien imtajjar f'Ħal Luqa minn żagħżguħ ta' 17-il sena ma naqasx milli jissemma fis-seduta parlamentari tat-Tlieta filgħaxija.

    Kien id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne li esprima s-solidarjeta tiegħu u tal-Gvern għal dan l-inċident.

    F'isem l-Oppożizzjoni ngħaqad miegħu f'dan is-sentiment id-deputat Mario Galea waqt li anke l-Ispijker Anġlu Farrugia ngħaqad magħhom u esprima d-dispjaċir tiegħu għal dak li seħħ.